| |
HAMILTON TRAVEL
Home
News
SERVICES
Giti
Cruises
Ivvjagga Wahdek
Servizz tal-Foreign Exchange
CONTACT
Email
Telefon c Fax
Indirizz tal-Ufficju Taghna
TERMS & CONDITIONS
Kundizzjonijiet Generali |
Gheziez hbieb,
Ghaddiet sena u rega’ wasal iz-zmien li nintroducu l-Brochure tas-Sajf ta’ 2006
ghalikom il-klijenti taghna u ghal dawk kollha li s’issa ghadhom qatt ma siefru ma’
din il-kumpanija.
Fil-Brochure ta’ din is-sena b’76 pagna, sejrin issibu tours u cruises ghal perjodu
Mejju sa Ottubru ta’ l-2006. Bhal kull sena zammejna dawk it-tours li
tradizzjonalment dejjem naghmlu u li saru tant popolari mal-klijenti taghna, kif ukoll
se nintroducu postijiet godda bhal tours ghal Costa del Sol, Munich, Toscana,
Marokk, Brussels, Hurgada fl-Egittu u sahansitra anki tours ghall-Awstralja, Thailand,
Hong Kong, Singapore u Kuala Lumpur. Ghandna wkoll Beach Resort gdid
f’Sqallija. Tajjeb li nsemmu li minn sena ghall-ohra t-tours popolari nirreveduhom
biex dejjem nakkomodaw il-gosti u l-htigijiet tal-klijenti taghna. Kien hemm kazi
fejn irrangajna l-itinerarju u ohrajn fejn anki bdilna l-lukandi biex dejjem nipprovdu
lukandi ahjar. F’certu kazi biddilna wkoll kumpaniji tal-coaches.
Fejn stajna, zammejna l-istess prezzijiet pero’ fejn ma kienx possibbli kellhom
jizdiedu xi ftit. Ovvjament dan il-punt kulhadd jifhmu. Sfortunatament, ahna ma
nistghu naghmlu xejn dwar it-taxxi gholjin u s-surcharge tal-fuel li dejjem joghla.
Kif tafu, ahna l-agenti esklussivi ta’ l-MSC Crociere li hija l-linja Taljana tal-cruises
u bi pjacir din is-sena nhabbru li se jkollna l-MSC OPERA, cruiseliner ta’ lussu li
huwa gdid u li huwa terga’ u tghid ikbar mill-MSC MELODY li kellna s-sena l-ohra.
Se jkollna cruises ta’ kull gimgha li jibdew u jispiccaw Malta nhar ta’ :imgha bejn
is-7 ta’ April u s-27 ta’ Ottubru. Il-prezzijiet ser jergghu jkunu kompetittivi hafna u
t-tfal u z-zghazagh taht it-18 –il sena kkumpanjati minn zewg adulti, kif ghamilna
fis-snin ta’ qabel, jergghu jsiefru b’xejn. Din ghandha terga’ tkun sena ta’ success
f’dawk li huma cruises fil-Mediterran. Qed nipproponu wkoll zewg cruises ghall-
Gzejjer Griegi u Dubrovnik, li jitilqu minn Venezja fuq il-vapur lussuz “MSC
ARMONIA”.
Kull min se jigi l-ufficju, se jinduna li ergajna rrinovajna l-hwienet taghna biex b’hekk
saru iktar moderni, attrajenti u mghammra bl-apparat mehtieg biex inkunu nistghu
naghtu l-iktar servizz efficjenti lilkom. Ghal sena ohra s-servizz ta’ Foreign Exchange
u l-possibilita’ li tixtru travel insurance jew xi bagalji tas-safar ser tibqa’
hemm u din dejjem ghall-kumdita’ taghkom. Dan il-ktejjeb qeghdin nippubblikawh
waqt il-fiera annwali ta’ l-ivvjaggar, l-Amitex, li din is-sena ser issir bejn is-27 u t-30
ta’ April u qieghed jintbghat direttament fid-djar taghkom peress li intom diga’ xi
darba jew ohra sifirtu maghna. Ghalhekk nergghu nistednukom biex taslu wasla
sal-fiera fid-dati msemmija, fejn apparti li nkunu nistghu naghtukom kull
informazzjoni mehtiega biex intom taslu ghad-decizjoni taghkom ta’ liema tour jew
cruise ser taghzlu, tkunu wkoll tistghu tiltaqghu mad- diversi tour leaders li jmexxu
l-vjaggi taghna. Tajjeb insemmu li kultant ikollna rikjesti minn certu nies biex ilbrochure
jsir bl-ingliz. Ahna qeghdin inzommu mat-tradizzjoni ta’ Hamilton Travel
u ghal darb’ohra l-brochure qieghed jigi ppubblikat kollu bil-malti. Il-klijenti taghna
fil-maggor parti kbira taghhom huma Maltin, ghalhekk huwa xieraq illi l-ewwel
jinqdew il-Maltin,ghaldaqstant dan il-brochure jigi ppubblikat bl-ilsien taghna.
M’ghandniex xi nghidu, kull ghajnuna tinghata lil dawk in-nies li ma jifhmux bil-Malti, fil-fatt ghandna noti ppreparati bl-Ingliz ghal meta jinqala’ il-bzonn.
Bhal ma naghmel kull sena ma nistax ma nsemmix il-fatt illi l-membri ta’ l-istaff
taghna huma mharrga sew f’dan il-qasam u kull membru jaghti l-kontribut totali
tieghu jew taghha. Minn hawnhekk nixtieq nghidilhom grazzi.
Tajjeb ukoll li nfakkar lil klijenti kollha taghna l-importanza li jaqraw u jifhmu sew ilkundizzjonijiet
generali li jorbtu kull tour jew cruise li jinxtara’ minn din il-kumpanija
u li jinstabu f’pagni 4 u 5.
Minn qalbi nittama li dan il-ktieb ser issibuh interessanti u utili fid-decizjoni taghkom,
filwaqt li nixtieq nirringrazzjakom tas-support li tajtuna. Kif dejjem nghidu, l-ikbar
reklam taghna huwa s-sodisfazzjon taghkom.
Grazzi u merhba
Norman Hamilton |
Nizzel il-Brochure Aghfas hawn biex tnizzel il-brochure shiha bhala dokument PDF.
|
|