KUNDIZZJONIJIET GENERALI
Il-giti f'dan il-programm gew ippreparati u organizzati mill kumpanija ta' l-ivjaggar Hamilton Travel tal-Floriana, biex jizguraw l-akbar sodisfazzjon possibbli lill-klijent. Ahna rriduk li tgawdi kemm hu possibbli l-gita tieghek u tirritorna lura sodisfatt u rilassat u fuq kollox tkun konvint li dak li tkun gejt moghti huwa ta' valur tajjeb ghall-flus li tkun hallast. Il-kundizzjonijiet generali gew maghmula u formulati fuq regoli internazzjonali biex jizguraw li l-ftehim bejn Hamilton Travel u l-klijent huwa car u gust ghaz-zewg nahat. Dawn il-kundizzjonijiet ikopru kull aspett tal-vaganza tieghek, mill-mument li tibbukkja sal-mument li tirritorna lura d-dar. Peress li ahna nixtiequ li kulhadd ikun jaf fejn qieghed maghna, il-kundizzjonijiet generali jindikaw car l-obbligi taghna lejk u l-impenji tieghek lejna, meta inti tibbukkja l-gita tieghek maghna minn fuq il-ktieb.
L-impenji taghna lejk
1. IL-BOOKING TIEGHEK
Meta tkun hallast id-depozitu tieghek (id-Depozitu fuq tours normali huwa ta' Euro120, depozitu fuq cruises, tours ghal usa, football u kuncerti huwa ta Euro350 kull persuna u li però jista' jinbidel minn zmien ghal zmien) u tkun inharget ircevuta mill-agent ta' l-ivjaggar tieghek, l-ibbukkjar jigi meqjus bhala wiehed ikkonfermat u jkun miftiehem li tkun qrajt u accettajt dawn it-termini u l-kundizzjonijiet. Ahna nirriservawlek il-gita. L-ibbukkjar tieghek jitqies li huwa bhala kkonfermat ukoll ghal dawk il-persuni kollha li jkunu se jivjaggaw u li ghalihom tkun dhert int. Il-persuni li tkun ibbukjajt int f'isimhom ikunu meqjusa ukoll li qraw u accettaw it-termini u l-kundizzjonijiet. Normalment ittour ma jsirx jekk ma jkunx hemm mill-inqas 30 persuna u f'dan il-kaz intom tigu nfurmati mill-inqas 14-il gurnata qabel il-bidu tat-tour. Preferibilment pagamenti ghandhom isiru b'”personal cheques” u huma accettati biss sa 15-il jum qabel il-bidu tat-tour (dan sabiex ikun hemm bizzejjed zmien li jigi msarraf ic-cheque f'kaz li jkun hemm xi problemi). Fil-kaz ta' “charters” il-hinijiet tat-tluq ta' l-ajruplan jistghu jinbidlu minhabba tibdil fi l-‘clearance' mill-ajruporti ta' barra. F'dan il-kaz Hamilton Travel ma tkunx responsabbli ghal dan it-tibdil.
2. IL-”POLICY” TAL-PREZZ TAGHNA
Il-prezzijiet hawn indikati huma dawk iffi ssati fi zmien ilpubblikazzjoni ta' dan il-ktieb. Jista' jaghti l-kaz li l-prezz attwali tal-vaganza, minnek maghzula, jkun oghla minn dak muri fuq dan il-ktieb. F'dan il-kaz ahna nirriservaw id-dritt li naffettwaw tali zieda fi l-prezz. Ahna niggarantixxu li l-prezz tal-gita tieghek mhux se jkun suggett ghal xi tip ta' hlas addizzjonali, hlief ghal dak stabbilit hawn taht. Ga la darba tkun ibbukkjajt u hallast iddepozitu, il-prezz jinbidel biss jekk ikun hemm xi tibdil fi r-rati tal-kambju jew xi zieda fi t-taxxi u ‘levies' jew xi zieda fuq il-‘fuel' ta' l-ajruplan, imposti mil-linji ta' l-ajru, jew kwalunkwe zieda ohra li taffettwa l-prezz direttament jew indirettament. It-taxxi jinkludu 3% service charge. Jistghu jintalbu ukoll, waqt il-gita, hlasijiet extra, ghal servizzi extra li fi l-fehma tat-Tour Leader ikunu bzonnjuzi, bhal nghidu ahna hlasijiet extra sabiex il-coach tibqa' mat-tour fi granet li ma jkunux ibbukjati minn qabel bhala parti mill-gita.
3. L-ASSIGURAZZJONI TAGHNA FUQ IL-LIVELLI, DMIRIJIET U L-OBBLIGI TAGHNA
Id-deskrizzjonijiet indikati fi l-brochure taghna huma bbazati fuq informazzjoni akkwistata minghand l-istess lukandiera u produtturi ohra tas-servizz. Kmamar tal-lukandi u kabini ta' vapur huma dejjem zghar (xi kultant zghar hafna). Hamilton Travel, jahdmu biss ma' lukandi li jkollhom kmamar tas-sodda li jkollhom sodda wahda ta' b'wiehed jew inkella zewg sodod ta' b'wiehed/sodda matrimonjali. Ftit huma l-kmamar bi tlieta jew erba' sodod. It-tielet jew ir-raba' persuna li tkun trid taqsam kamra tas-sodda ta' zewg sodod, jista jaghti l-kaz li tkun moghtija xi branda jew ‘bunk bed'. Fl-Amerika u f'DisneyLand Paris , tlieta jew erba' persuni li jkunu jridu joqoghdu f'kamra, jigu moghtija biss zewg sodod matrimonjali (ma jinghatawx sodod separati ghal kull persuna). Meta zewg persuni jibbukkjaw kamra ghal tnejn, Hamilton Travel jirriservaw id-dritt li jew jipprovdu zewg sodod separati jew inkella sodda matrimonjali. Il-kmamar tal-banju u ukoll showers jistghu jkunu ta' daqs zghir. Il-lukandi li ahna nipprovdu m'humiex mghammra bl-arja kkondizzjonata u fannijiet ma jigux ipprovvduti, sakemm ma jkunx specifi kat mod iehor fi l-programm. Dan japplika wkoll ghall-coaches li nuzaw, sakemm ma jkunx specifi kat mod iehor. Hamilton Travel m'hijiex responsabbli ghal dak kollu li l-klijent jista' jiltaqa mieghu barra mil-lukanda u ghal xi servizzi li ma jkunux offruti direttament mil-lukanda fejn ikun qed jalloggja l-klijent. Ikliet ta' nofsinhar u ta' fi lghaxija huma dejjem servuti fuq tliet portati. Ma jkunx hemm ghazla fl -ikliet u tibdil ma jistax jigi accettat, bhal nghidu ahna tiehu laham fl ok hut. Il-porzjonijiet servuti huma moderati (ghalkemm jistghu ukoll ikunu xi kultant zghar) fi d-daqs. Ikun hemm ghazla meta l-ikliet ikunu buffet. Matul l-ikliet, ix-xorb ordnat, inkluz l-ilma u minerali, ikun bi hlas separat. L-uzu ta' oggetti mill-mini bar u telefonati, jigu mhallsa apparti millklijent. Jista' jkun hemm xi hlas apparti ghal uzu ta' ‘pay' television fi l-kamra, liema hlas ikun impost mill-awtorita' tal-post. Jekk joghgbok ikkonferma dan mat-Tour Leader. F'kaz li ma tikkonfermax jew ma ssaqsix lit-Tour Leader, Hamilton Travel mhux se tkun responsabbli li tirrifondi l-ebda hlasijiet extra li tintalbu taghmlu ghal servizzi li mhux inkluzi fi l-pakkett tal-gita. Sakemm ma jkunx specifi kat mod iehor, il-hlas tad-dhul fi l-muzewijiet, wirjiet ta' spettaklu, vjaggi bid-dghajsa, bit-tren jew bil-‘cable car', huma kollha bi hlas apparti. L-eskursjonijiet (zjarat f'postijiet interessanti) li jkunu ‘optional' huma bi hlas apparti u sakemm ma jkunx specifi kat mod iehor, dawn ikopru biss l-ispejjez tat-trasport bil-‘coach', mentri d-dhul huwa bi hlas apparti u ebda gwidi tal-post ma jigu pprovduti. Il-prezzijiet huma mmarkati cari fi t-tieqa tal-prezzijiet li tidher fl -ahhar ta' kull programm. Huma nkluzi biss fi l-prezz tal-gita, dawk l-affarijiet li jidhru fi l-lista taht ir-ras ‘X'jinkludi l-prezz'. Ta' min ifakkar li l-brochures jigu stampati minn xhur qabel u ghalhekk jista' jkun hemm okkazzjonijiet meta l-facilitajiet jew id-divertiment irreklamat ma jkunux possibbli matul il-gita partikolari tieghek, specjalment jekk tali gita tkun barra mill-istagun. Temp hazin, manutenzjonijiet essenzjali u tindif, nuqqas ta' support u domanda, dan kollu jista' jaffettwa l-possibiltà attwali ta' dawn l-attivitajiet jew facilitajiet partikolari. Anke, bhal ma huma ligijiet ta' licenzji tal-post, festi religjuzi, festi pubblici tal-post jew restrizzjonijiet tal-gvern jew ta' l-awtoritajiet tal-post u kwalunkwe okkazjoni ohra li tista tnaqqas jew thassar xi attivita' tal-gita. L-istess ghall-eskursjonijiet, jista' jkun hemm il-htiega li xi kultant jinbidlu b'avviz qasir minhabba t-temp, kundizzjonijiet tat-traffi ku u tat-toroq, xi hsarat teknici, attivitajiet tal-pulizija ecc. u kull cirkustanza ohra li m'hemmx kontroll fuqha. F'dan il-kaz ma jistghux jintalbu rifuzjonijiet ta' xi parti mill-prezz tal-gita. Il-coaches m'ghandhomx facilitajiet sanitarji fuqhom. Il-vaski ta' l-ghawm (swimming pools) jista' jkun li jintuzaw biss fi x-xhur tas-sajf u f'kaz li jkunu ghadhom miftuhin fi x-xhur tax-xitwa, jkun fi d-diskrezzjoni tal-lukandier jekk dawn jigux imsahhna jew le fi t-temp kiesah. Il-livell generali ta' l-igene, l-utilitajiet pubblici, sistemi tad-drenagg u ta' l-ilma u servizzi generali, jistghu ma jkunux ta' l-istess livell bhal dawk ta' Malta . Kull grupp fi t-tour, ikun qieghed jigi mdawwar minn Tour Leader, li jkun jitkellem bil-Malti u li jkun responsabbli ghall-implimentazzjoni tal-programm. It-Tour Leader, taht l-ebda cirkustanza ma jkun responsabbli biex jaghmel xoghol (jekk mhux emergenza) iktar minn dak stipulat fi l-programm uffi ccjali u m'huwiex obbligat li jakkumpanja lill-membri tal-grupp fi l-hwienet, fi s-suq jew f'xi postijiet pubblici. Bhala kumpanija responsabbli, ahna nhossu li jkun tajjeb li wiehed isemmi dawn il-possibilitajiet, ghalkemm dawn huma remoti hafna.
Jekk tiltaqa' ma' xi problema partikolari informa t-Tour Leader bil-kitba fi l-hin opportun b'hekk, jekk huwa possibbli, il-problema tigi ttrattata mill-ewwel. Wara li ghedna dan kollu, ahna rridu naghtu din l-assigurazzjoni li gejja dwar id-dmirijiet u l-obbligi taghna lejk:-
Ahna hadna l-passi kollha ragonevoli, biex nizguraw li larran gamenti propja gew maghmula ghall-giti kollha li huma rreklamati f'dan il-ktieb. Inti ghandek tapprezza li ahna m'ghandniex kontroll dirett fuq il-provvedimenti tas-servizzi moghtija lilek minn dawk li jissupplixxuhom. Hamilton Travel mhix responsabbli jekk tithassar xi attivita' minhabba maltemp, strikes jew indisposizzjoni tal-protagonist jew kwalunkwe cirkostanza ohra li fuqha m'ghandniex kontroll dirett jew indirett.
4. JEKK NIBDLU L-ARRANGAMENT TAL-GITA TIEGHEK
a. Qabel id-data tat-tluq Ahna nippjanaw il-giti taghna biex naghtuk l-aktar gost possibbli. Ghalkemm mhux haga li normalment issehh, ahna nistghu f'xi okkazzjoni nibdlu xi arrangamenti tal-gita tieghek u nirriservaw dan iddritt li naghmlu hekk f'kull hin. Bhal ma huma bdil fi l-hinijiet tat-titjiriet, lukanda tista' taghlaq jew tkun ibbukkjata b'persuni aktar milli suppost, jista' jaghti l-kaz li nimmodifi kaw xi vjagg. Jekk ikollna naghmlu xi tibdiliet, ahna se ninfurmaw lilek jew lill-agent ta' l-ivjaggar tieghek millaktar fi s possibbli qabel it-tluq.
b. Wara l-gita tieghek tkun bidet Kultant ikun hemm il-bzonn, u dan minhabba cirkustanzi li m'humiex prevedibbli, li tinbidel il-lukanda jew xi parti ohra mill-arrangamenti tal-gita tieghek u dan anke meta l-istess gita tkun bdiet. F'kaz li jigri hekk ahna naghmlu dak kollu li hu possibbli biex inzommu l-livell fuq l-arrangamenti tal-gita tieghek.
5. JEKK AHNA NIKKANCELLAW L-ARRANGAMENTI TAL-GITA TIEGHEK
F'xi okkazzjoni, ahna nistghu nikkancellaw l-arrangamenti tal-gita tieghek, bhal meta l-bejgh ta' dik il-gita ma jkunx lahaq il-livell mehtieg li jkun ekonomikament vijabbli ghalina li noperaw. Dan il-kancellament jkun ezercitat fi d-diskrezzjoni ta' Hamilton Travel. Ahna nirriservaw id-dritt li nikkancellaw il-vaganza tieghek f'kwalunkwe cirkustanza u f'dan il-kaz ahna nirrifondulek il-fl us kollha li tkun hallastna jew inkella noffrulek xiri ta' gita alternattiva ta' l-istess livell fuq li kellek, u dan dejjem jekk ikun hemm post. Fil-kaz, li rari jigri, li jkollna nikkancellaw il-vjagg tieghek (sakemm mhux ghal ragunijiet li m'ghandniex kontroll fuqhom bhal ma huma azzjonijiet industrijali, dizastri naturali, attivitajiet terroristici, hsara ta' ajruplan jew vapur ecc.) Hamilton Travel jirrifondulek il-fl us kollha li tkun hallast ghall-ispiza tal-gita tieghek kif ukoll dan il-kumpens (kull persuna):-
- Meta tigi notifikat hmistax-il gurnata (15) qabel it-tluq ma naghtuk xejn.
- Meta tigi notifikat minn tmienja (8) sa erbatax-il gurnata (14) qabel it-tluq naghtuk Euro 25
- Meta tigi notifikat minn dak inhar tat-tluq sa' seba' jiem (7) qabel it-tluq naghtuk Euro 50
6. IT-TITJIRA TIEGHEK
Dettalji tal-linji ta' l-ajru li ahna qed nantiçipaw li nutilizzaw huma murija fi l-programm. L-ghazla tal-linja ta' l-ajru tkun esklussivament fi d-diskrezzjoni ta' Hamilton Travel. Ahna nirriservaw id-dritt li nissostitwixxu l-linja ta' l-ajru u/jew l-ajruplan jekk ikun hemm bzonn li naghmlu hekk. Hinijiet tat-titjiriet huma suggett ghall-konferma u ghal xi tibdiliet. Is-sistema taghna ta' riservar tkun turi l-ahhar hinijiet kif moghtija lilna. Jekk joghgbok, iccekkja l-biljetti tat-titjira tieghek mill-aktar fi s wara li tircivihom, peress li dawn ikunu juru l-hinijiet fi nali ta' l-istess titjira. Jista' jkun li xi titjiriet jigu interrotti b'waqfien intermedjali fi r-rotta normali taghhom u peress li l-fatturi li jaffettwaw tali waqfien ma jkunux maghrufa qabel it-titjira, mhux dejjem inkunu nistghu ninnotifi kawk bil-quddiem. It-titjiriet huma suggett ghall-hrug ta' permessi u licenzji mill-awtoritajiet kemm f'Malta u kif ukoll barra. F'kaz li l-arrangamenti tat-titjira tieghek jigu mibdula jew ikkancellati, skond ma' hemm indikat f'din is-sezzjoni u sezzjoni erbgha (4) u hamsa (5), ma naccettaw l-ebda responsabbiltà u obbligi, ghall-ispejjez zejda jew telf, li jkunu kkagunati, direttament jew indirettament, b'konsegwenza ta' dan, minn xi arrangamenti ta' xi kuntratt li jkun sar indipendentement bejn il-klijent u xi terzi persuni. Hamilton Travel mhix responsabbli ghas-servizz li tinghata fuq l-ajruplan, qabel, wara u matul it-titjira mill-kumpanija ta' l-ajru.
7. KUNDIZZJONIJIET TAL-GARR
Trasport ta' kull tip huwa suggett ghall-kundizzjonijiet ta' garr tal-kumpanija li tkun qed tipprovdi dak is-servizz. Dawn il-kundizzjonijiet huma mahsuba biex ikopru l-provvedimenti tal-ligi tal-pajjiz tal-kumpanija ikkoncernata jew biex ikunu suggetti ghall-konvenzjonijiet internazzjonali malgvernijiet, li kull wahda minn dawn tista' tillimita jew teskludi r-responsabbiltà u l-obbligi tal-mezz tat-trasport (linji ta' l-ajru, coach, vapur ecc)
8. SAHHA U TILQIM
Il-facilitajiet tas-sahha, igene u riskju ta' mard ivarjaw madwar id-dinja kollha. Hija responsabilita tieghek biex tinforma ruhek dwar jekk sahhtek tippermettilekx tali gita. F'kaz li waqt il-gita jkollok xi problema fizika u ta' sahha, Hamilton Travel mhux se terfa' l-ebda responsabilita ghal tali cirkustanza, ghalkemm it-Tour Leader jaghmel l-almu tieghu biex joffri la hjar assistenza. Inti ghandek tiehu parir fuq is-sahha dwar il-htigijiet specifici tieghek, u wkoll dwar kwalunkwe prevenzjoni li ghandek tiehu minhabba l-pajjzi li tkun ser izzur, kmieni kemm jista' jkun, biex tizgura ruhek li t-tilqim jew mizuri preventivi, bhal pilloli tal-malarja, jittiehdu fi z-zmien stipulat (li jista' jkun xi xahar jew aktar qabel it-tluq) sabiex tkun effettiva fi d-data ta' l-ivjaggar. Il-parir taghna huwa li inti ghandek tikkuntattja lit-tabib tieghek jew ghal aktar informazzjoni cempel ‘International Travel Vaccination Bureau' fuq in-numru 21239260 mit-Tnejn sal-Gimgha bejn it-8.00am u s-1.00pm.
L-Impenji Tieghek Lejna
1. BILANC TA' PAGAMENTI
Il-pagament tal-bilanc dovut, ghandu jsir sa sitt (6) gimghat qabel it-tluq (tmien (8) gimghat f'kaz ta' gita bil-vapur) jew immedjatament f'kaz li tkun ibbukkjajt sitt (6) gimghat (jew tmien (8) gimghat, skond il-kaz) mit-tluq. Jekk inti tibbukkja minghand agent ta' l-ivjaggar, inti ghandek tizgura li thallas lill-agent fi zmien ragonevoli, biex b'hekk hu jkun jista' jghaddi l-fl us lilna fi l-hin. Jekk ghal xi raguni ma nkunux ircevejna l-fl us fi l-hin, ahna nirriservaw id-dritt li nikkancellaw l-ibbukkjar u nimponu ‘levy' fuq tali kancellament, peress li dan il-kancellament ikun skond kif imsemmi fi r-raba' (4) paragrafu. Jekk inti thallas il-fl us ghall-gita tieghek lil xi agent ta' l-ivjaggar li jkun minna mqabbad, dan izomm il-flus imsemmija bhala agent taghna miz-zmien li hu jkun ircevihom sakemm ihallas lilna.
2. JEKK TIBDEL L-IBBUKKJAR TIEGHEK
Jekk tixtieq li tbiddel l-arrangamenti tal-gita tieghek, ahna, f'kull kaz, naghmlu dak kollu li hu possibbli minna biex naraw li x-xewqa tieghek issehh. Tigi imposta ‘levy' ghal-xoghol li wiehed jiehu meta tali tibdil fl -ibbukkjar tieghek isir fi l-perjodi tas-sitt (6) gimghat mid-data tat-tluq, imbaghad nirriservaw id-dritt li nghaddu kull spiza addizzjonali li jista' jkun hemm barra l-‘levy' msemmija li tkun digà hallast. Fejn il-prezz ivarja skond in-numru ta' persuni ibbukkjati fl -akkomodazzjoni u inti tixtieq li tbiddel dak in-numru ta' persuni, il-prezz li jigi mitlub jigi bbazat fuq id-daqs tal-grupp il-gdid kif muri fuq il-brochure. Kull zieda fi l-prezz fuq kull persuna, li tigi mhallsa bhala rizultat tal-kancellament fuq parti mill-ewwel grupp (ezempju li kamra ta' lukanda ma tkunx okkupata kollha, tibdil minn kamra ta' bi tnejn (2) ghal wahda ta' b'wiehed (1)) m'huwiex deskritt bhala hlas ta' kancellament. Jigi mitlub hlas addizzjonali separat fuq kancellament fi r-rigward ta' ibbukkjar skond paragrafu tlieta (3) hawn taht indikat.
3. JEKK INTI TIKKANCELLA L-IBBUKKJAR TIEGHEK
Kancellament jista’ jigi biss accettat permezz ta’ ittra mibghuta mill-persuna li tkun ibbukkjat jew minghand l-agent ta’ l-ivvjaggar, ukoll bil-miktub, li minghandu jkun sar l-ibbukkjar. Il-kancellament ikun effettiv mill-gurnata li din l-ittra ta’ kancellament tasal fl-ufficcju taghna. Kull tip ta’ travel insurance suppost tkopri “kancellament” u ghalhekk nesigu li tinxtara travel insurance qabel ma bniedem isiefer. L-insurance ghandha taghmel tajjeb ghall-ispejjez li jkunu inhargu mill-klijent li jkollu bzonn jikkancella l-gita tieghu/taghha. Ovvjament, bhal kull assigurazzjoni ohra, certu kundizzjonijiet japplikaw. F’kaz illi persuna ma tkunx xtrat insurance, ahna nkunu nistghu nirrifondu dik il-parti biss li ma nkunux ghadna hallasna jew marbutin li nhallsu lil terzi persuni.
4. IR-RESPONSABBILTAJIET TIEGHEK
a. Hija r-responsabbiltá tieghek li tizgura li inti u dawk li ghalihom tkun qed tibbukkja, ikollhom fi l-pussess taghhom passaport validu u visa kif suppost, jekk ikun il-kaz. Kun zgur li ticcekkja l-htigijiet tal-passaport u tal-visa ma' l-agent ta' l-ivjaggar tieghek minn hafna qabel, specjalment jekk il-passaport tieghek ma jkunx wiehed Malti. Inti responsabbli ghal kull hlas, multi ecc.. li jistghu jigu mposti fuqna mill-awtoritajiet, kemm f'Malta u kif ukoll barra, talli inti ma tkunx qieghed sew ma' dawn ir-regolamenti. Tali hlas u multi nitolbuhom lura minghandek.
b. L-istess hija r-responsabiltá tieghek li ticcekkja mat-tabib tieghek x'tip ta' tilqim jew affarijiet ohra preventivi, wiehed ghandu jiehu meta jkun sejjer fi d-destinazzjoni li inti tkun ghazilt li tmur fiha.
c. Ir-regolamenti tal-linji ta' l-arju jesigu li nisa li ghandhom tmienja u ghoxrin (28) gimgha tqala jew aktar, fiz-zmien li jkunu qed jivvjaggaw lura, ghandhom ikollhom certifi kat mediku li juri li huma f'sahhithom u huma f'pozizzjoni li jistghu jsiefru.
d. Inti ghandek tkun responsabbli kemm ghalik kif ukoll ghal dawk li tkun ghalihom ibbukkjajt, illi ggibu ruhkom sew waqt il-vjagg. Ahna nirriservaw id-dritt li nirrifjutaw li naccettaw jew li nzommu xi persuna bhala klijenta, jekk il-manjieri u l-imgieba taghha, fl -opinjoni tat-Tour Leader, tal-bdot ta' l-ajruplan, il-kaptan tal-vapur, tas-sewwieq tal-coach, tal-lukandier jew sid ta' akkomodazzjoni jew maniger jew xi persuna ohra awtorevoli, jidher li jkun se jikkawza periklu, hsara jew dwejjaq lil xi klijenti ohra, impjegati, lill-propjetá jew nies ohra. Inti ghandek tkun taf li ahna mhux se nkunuobbligati li nhallsu xi refund jew kumpens, jew xi spejjez li jistghu jsiru minn xi persuna li l-imgieba taghha ma tkunx accettabbli.
e. Int fi d-dmir tizgura wkoll li tixtri assigurazzjoni ta' l-ivjaggar. Ahna naghtu s-servizz tal-bejgh ta' l-assigurazzjoni ta' l-ivjaggar però inti m'intix obbligat li tixtriha minn ghandna. L-importanti huwa li tkun assigurat, fi l-fatt ma tithalliex titla' mal-grupp jekk ma tkunx assigurat.
5. JEKK GHANDEK X'ILMENT
Ahna naghmlu dak kollu possibbli biex naghtuk gita pjacevoli u bla ebda inkwiet, imma xi kultant, anke dawk ippjanati bl-akbar hila u reqqa jistghu jmorru hazin. Jekk ikollok xi problema jew ilmenti relatati mal-gita tieghek meta tkun barra, inti ghandek tavza bil-kitba lit-Tour Leader, mill-aktar fis possibbli, biex b'hekk il-problema tkun tista' tigi investigata u kemm jista' jkun tigi solvuta fuq il-post. Ma' dan, inti ghandek tinnotifi ka lilna bil-miktub permezz ta' ittra registrata, mhux aktar tard minn sebat' (7) ijiem, mid-data ta' meta inti tkun irritornajt lura mill-gita. Minhabba d-diffi kultajiet biex tinvestiga lment wara li jkun ghadda hafna zmien wara li jkun sehh, ahna ma nassumu l-ebda obbligi jew responsabbiltajiet, rigwardanti talbiet li nircievu wara l-perjodu ta' seba' (7) jiem u/jew li ma kienx irrapurtat bil-miktub lit-Tour Leader waqt il-vjagg. F'dan il-kaz il-klijent jigi meqjus li jkun irrinunzja ghad-dritt li jiehu kwalsijasi azzjoni legali fi l-konfront ta' Hamilton Travel ghar-rigward tal-gita li jkun siefer fi ha. Fi kwalunkwe kaz, kontestazzjonijiet bejn klijenti u Hamilton Travel ghandhom ikunu decizi mill-Qorti kompetenti fil-bini tal-Qrati tal-Gustizzja, Triq ir-Repubblika Valletta, jew kwalsijasi tribunal jew qorti ohra li l-kumpanija u l-klijent jaqblu bejniethom. Kull min jibbukkja ma' Hamilton Travel ikun meqjus li qara sew dawn il-kundizzjonijiet u li qed jaccettahom minghajr ebda riservi |